Sagristan Church officer

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SAGRISTAN magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal ĦA ĦSIEB. Id waħda titqiegħed fil-forma ta’ 5 magħluqa u bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel u timxi minn fuqnett tal-ġbin ’l isfel. L-id tasal fuq il-pala tal-id il-wieqfa bil-pala tħares lejn il-ġenb. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal KNISJA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala ta’ id tħares djagonalment ’l isfel. Is-swaba’ jistrieħu kontra xulxin u l-idejn jiffurmaw V bil-maqlub.

The sign for CHURCH OFFICER consists of two parts. (i) The first part is the sign for LOOK AFTER. One hand takes the shape of closed 5 with palm facing upwards. The other hand takes the shape of 5 with the palm facing downwards. This hand moves down from the top of the forehead down to the stationary hand. The palm of the moving hand now faces the side. (ii) The second part is the sign for CHURCH. This is made with both hands that take the shape of closed 5 with palms facing diagonally downward. The fingers lean against each other so that the hands form an upside-down V shape.